Welcome To Sannat Lions Football Club Official Website

     

Joe Bajada……………Karriera Sportiva

 

        Joe Bajada twieled fil-25 ta’ Frar 1957 f’Sannat u illum joqghod iz-Zebbug, Ghawdex. Minn eta zghira huwa wera tendenzi sportivi u bhala tifel laghab u kien il-captian tat-tim tal-minors ta’ rahal twelidu Sannat Lions. Izda fl-istess waqt  huwa wera wkoll inklinazzjoni ghal karriera ta’ referee u fil-fatt qabad is-suffara ta’ hmistax il-sena waqt il-loghob tas-summer league li kienu jorganizzaw l-istess Sannat Lions. Iktar tard huwa ssieheb lil Gozo Youths Football Association li kienet torganizza diversi kampjonati u kompetizzjonijiet ohra fid-diversi grounds li kienu mferxa ma’ Ghawdex fejn il-loghob kien jintlaghab fuq bazi ta’ home u away. Ma’  din l-Assocjazzjoni, Joe Bajada rrefja diversi loghbiet krucjali u nsibuh ukoll li fl-1973-74 jinghata l-unuri tal-Ahjar Referee u anke dak tal-Iktar Referee Dedikat. Bin-namra ghal referee tkompli tikber fih, Joe ha l-kors ta’ referee tal-MFA fejn ghadda b’success fl-1975 u b’hekk sar l-uniku referee Ghawdxi fuq il-kotba tal-MFA. Hawn Joe beda jirrefja anke f’Malta, kif ukoll f’Ghawdex l-iktar loghbiet involuti tas-Selezzjoni Ghawdxija li dejjem kienu jifthu l-istagun bl-loghba kontra tim mill-ghola divizjoni Maltija, liema loghhbiet kienu jigbdu folol kbar ta’ nies lejn is-Silver Jubilee Ground. Kien fl-1985 li huwa ufficjalment irtira minn referee minkejja li f’dawn l-ahhar snin rega beda jaghmel dan ix-xoghol fil-loghob taz-zghar f’Ghawdex.

 

 

 

      Madankollu fl-1977 huwa wkoll kien imhajjar jissieheb fl-Ghaqda Kittieba Sport minn John Debattista, l-mibki tezorier tal-istess GH.K.S. F’dawn l-ewwel snin, ta’ gurnalista sportiv nsibu lil Bajada jikteb fil-Malta Sport u fl-Annwali li kienu johorgu kemm l-istess Ghaqda Gurnalistika Maltija, kif ukoll l-klabb ta’ Sannat Lions. Ghal qalbu hafna ghadhom il-cassettes mimlija bil-kummentarji ta’ loghbiet importanti li kienu laghbu f’dik l-epoka Sannat Lions li fihom kienu kisbu l-ewwel unuri fl-ghola divizjoni Ghawdxija. Kummentarji li f’dawk iz-zminijiet kopji taghhom kienu jintbghatu lill-emigranti Sannatin li waqt li kien jingabru jisimghuhom, kienu anke jghamlu gabra bejniethom u jibaghtuha lill-istess klabb ta’ Sannat L.

 

 

    Fi hdan l-Ghadqa Kittieba Sport, Joe Bajada serva ghal-erba’ snin bhala Assistant Segretarju u f’dan l-istess perjodu huwa kien responsabbli bhala l-editur tal-Annwal tal-istess Gh.K.S. Huwa kien ukoll l-kordinatur tal-istess Ghaqda ghal Ghawdex fejn hawn Joe ha hsieb jorganizza l-fergha Ghawdxija tal-gurnalisti sportivi. Huwa kien il-fundatur tal-Premju Edsons ghall-Ahjar Player tal-Football Ghawdxi skond il-gurnalisti sportivi Ghawdxin. Matul il-karriera gurnalistika sportiva tieghu, Joe Bajada kiteb tmien edizzjonijiet tal-Annwal tal-Football Ghawdxi, erba’ Annwali tal-Gh.K.S., zewg kotba relatati ma’ Zebbug Rovers, fosthom l-istorja tal-klabb fejn dak in-nhar Zebbug saru l-ewwel tim Ghawdxi li kellu l-istorja tieghu tieghu migbura fi ktieb. Xoghol iehor tieghu huwa kiteb il-ktieb fuq Sannat Lions bhala l-klabb bl-izjed unuri fil-football Ghawdxi. Il-kitba ta’ Bajada serviet ukoll bhala referenza ghal kotba ohra fosthom dawk ta’ Peter Paul Camilleri (Nadur Youngsters FC – Storja ta’ l-ewwel 40 sena…..u ta’ futbol fin-Nadur, ta’ Michael Camilleri (L-Istorja ta’ Victoria Hotspurs FC 1948-2000), ta’ Carmel Baldacchino (Il-Futbol Malti). Ohrajn uzaw il-kitbiet ta’ Joe Bajada bhala referenzi ghal tezijiet universitarji relatati mal-Football Ghawdxi.

 

 

     Matul il-karriera gurnalistika nsibu lil Joe jghati s-servizzi tieghu fuq Radio 101, Radio Malta u attwalment ma’ Radio Calypso fejn apparti l-kollegamenti mill-grounds Ghawdxin, huwa jipproduci u jipprezenta l-programm dirett ta’ Zona Sport nhar ta’ Tnejn fil-ghaxija, programm li jinsab fir-raba’ edizzjoni tieghu. Ghal Football Ghawdxi dan huwa l-uniku programm li jinghata daqstant importanza fuq il-media nazzjonali. Joe Bajada huwa wkoll il-korrispondent sportiv ghal gurnali lokali, kif ukoll ghal Atlas Mundial du Football. Matul dawn is-snin kollha bhala gurnalista sportiv, Joe attenda diversi seminars sportivi f’Malta u fl-1993 huwa irraprezenta lill-Gh.K.S fis-seminar li kien sar f’Olympia fil-Grecja. Ghal diversi snin huwa fforma parti mill-gurija finali ghal Konkors tal-Isportivi Nazzjonali Maltin.

 

     Fl-istagun 1990-91 huwa dahal fil-Gozo FA fejn dam ghal tnax il-sena bhala l-PRO tal-istess GFA. Matul dan il-perjodu huwa beda x-xoghol fuq l-Annwali tal-Football Ghawdxi u fl-istess waqt ir-ricerka dwar l-istorja tal-istess Football Ghawdxi. Matul dawn is-snin kollha fil-GFA, Joe serva f’diversi Bordijiet fosthom dawk tad-Dixxiplina, tal-Ghazliet Annwali u tal-Pre-Match Protest. Joe Bajada kien strumentali biex personalitajiet distinti sportivi internazzjonali jzuru lill-Ghawdex fosthom is-Segretarju Generali tal-UEFA, Gerhard Aigner, li kien anke ghamel prezentazzjoni lil Nadur Youngsters bhala rebbieha tan-KO tat-tieni divizjoni li nzertat intlaghbet dak in-nhar taz-zjara tieghu fostna. Fl-istaguni  1990-91 u 1902-03 Joe Bajada gie mghoti l-unur tal-Isportiv tas-Sena tal-GFA u fl-1992 Joe Bajada nghata l-Premju Specjali mill-Bord Sportiv Ghawdxi ghal hidma gurnalistika sportiva tieghu.

 

 

      Karigi sportivi ohra ghal Joe Bajada kienu dawk tal-ewwel Referee Inspector tal-MFA ghall-football Ghawdxi fl-1887. Sena wara huwa kien sar membru fl-Ezekuttiv tal-Bord Sportiv Ghawdxi u mill-1998 huwa lahaq Chairman tal-istess Bord. Fl-1998 huwa kien elett fil-Kunsill Malti ghall-Isport bhala  r-rapprezenatnt tal-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Fl-2001 Joe inhatar membru fil-Bord Konsultattiv tal-istess K.M.S. fejn ukoll ifforma parti mill-iSports for All Commision u Affiliation & Recognition  Commission. Fl-2003 Joe Bajada nhatar bhala wiehed mid-Diretturi tal-Bord tal-istess Kunsill Malti ghalll-Isports, kariga li jokkupa prezentament.

 

 

    Lil Joe Bajada nsibuh anke involut fil-Kunsill Lokali tar-rahal iz-Zebbug fejn  ilu  joqghod mill-1979. Fil-fatt huwa ilu ghal dawn l-ahhar hames snin bhala l-Vici Sindku bir-responsabilta fost l-ohrajn tal-isports fil-lokalita’ tieghu.

 

    Ghas-snin twal li huwa ghamel fil-qasam gurnalistiku sportiv, Joe Bajada kien ipprezentat bil-pin tad-deheb mill-Gh.K.S., unur li jinghata lil dawk li jghalqu 25 sena fil-gurnalizmu sportiv. Din il-prezentazzjoni saret nhar il-Gimgha, 16 ta’ April 2004 mill-ex-Segretarju Generali tal-Association Internazionale de la Presse Sportive (AIPS), Matty Salmenkyla. Il-karriera gurnalistika laqghet lil Joe Bajada ma’ diversi personalitajiet sportivi mondjali fosthom Joseph S. Blatter, President tal-FIFA, Lennart Johansson, President tal-UEFA, Jaun Antonio Samaranch, President tal-IOC u tant u tant ohrajn.

 

Video Clips

Click The Box

 

Video Clip 1        Video Clip 2       Video Clip 3

 

 

 

 

 

Full Report By Ruben Cassar and Photos By Philip Cassar .Copyright @ 2004 sannatlions.com